Biex wieħed jagħraf il-vokazzjoni tiegħu għandu:-

1. Jitlob kontinwament ’l Alla biex jgħarrafhielu.
2. Ifittex il-parir min-nies kapaċi u ta’ esperjenza.
3. Iżomm dejjem ruħu fl-stat tal-grazzja li jġib dejjem id-dawl tas-sema.
4. Igħożż kemm jista’ l-ħajja ritirata, għax Alla jitkellem mal-qalb tal-bniedem fis-skiet.
5. Jeżamina l-fini tiegħu sew għaliex irid jagħżel dak l-istat u mhux ieħor, biex jagħraf jekk hux tajjeb.
6. Jistudja u jirrifletti fuq l-obbligazzjonijiet u d-dmerijiet ta’ dak l-istat li jkun irid iħaddan.
7. Jagħżel konfessur stabbilit u jersaq għandu sikwit.
8. Ikun fidil u miftuħ mal-konfessur ordinarju tiegħu rigward iċ-ċirkustanzi kollha tal-vokazzjoni tiegħu.
9. Jimxi dejjem u f’kollox bl-ubbidjenza, kif imexxih il-konfessur tiegħu.
10. Ma joprax bil-għaġġla, iżda jieħu ż-żmien, għax dan jagħti dejjem parir tajjeb.
11. Jikkonsidra li d-deċiżjoni li jircievi tiddependi wisq minn kliemu jew mill-imġieba tiegħu mal-konfessur.
12. Jaħseb serjament li mill-għażla tal-vokazzjoni tiddependi s-salvazzjoni jew it-telfien tiegħu għal dejjem.
13. Jiddisponi ruħu bl-opri tat-tjieba u tal-karità, biex jaqla’ l-grazzja li jkun qiegħed jitlob.
14. Iżżomm fih l-indifferenza għas-suċċess.
15. Iwieġeb malajr mall-grazzja attwali, mat-tnebbiħ li jġiblu Alla fil-ħsieb tiegħu.
16. Iqis li jħaddan dik il-vokazzjoni li jkun xtaq li għażel waqt il-mewt.
17. Igħix fi spirtu ta’ vera umiltà biex Alla jkun favur tiegħu u jeħilsu minn kull qerq.
18. Mingħajr ma jittanta ’l Alla, jitlob xi sinjal ordinarju, jekk tkun volontà t’Alla, bħal każ ta’ Rebekka.
19. Juża’ prudenza fil-persekuzzjonijiet li jinqalgħulu dwar il-għażla ta’ l-Istat li jrid jagħmel.
20. Billi l-bniedem jitbiddel u ma jibqa’ qatt fl-istess stat, għalhekk iżomm fih biża’ prudenti fuq il-vera vokazzjoni tiegħu.
21. Jistrieħ għad-deċiżjoni tad-direttur jew tal-konfessur, wara eżami u wara xi tul ta’ żmienu wara l-orazzjoni.
22. Iħares lejn l-eżempji ta’ dawk li żbaljaw fil-vokazzjoni, sabiex ma joprax kif ġie ġieu ta’ iblah.
23. Jirrifletti li l-iskulari tad-dinja jimmiraw għall-flus, għall-ġmiel, għall-unuri, għall-kumditajiet u b’hekk jiddallmu fl-għażla retta tal-vokazzjoni.
24. Jara jekk għandux il-mezzi għall-fini tal-vokazzjoni tiegħu, għax meta Alla jagħżel lil xi ħadd għal xi fini, jagħtih ukoll il-mezzi għalih.
25. Jeżamina l-inklinazzjoni naturali tiegħu għall-istat tal-vokazzjoni li jkun jifhem li jagħżel.
26. F’kull kuntrarju jre salib li jinqalagħlu dwar il-vokazzjoni tiegħu, joqgħod fis-skiet, jaħseb li kollox Alla qiegħed imexxi fil-Provvidenza tiegħu.
27. Jimxi dejjem fil-kors tal-grazzji ordinarji, għalkemm jista’ jkun imsejjaħ għall-istat tal-vokazzjoni bi grazzja straordinarja.
San Ġorġ Preca