Għajnuna biex tgħinni niċċara s-sejħa tiegħi

Trid tkun is-sejħa li…

  •  l-iktar li tgħinek biex taqdi dmirijietek lejn Alla.
  •  l-iktar se twasslek biex tħobb, tfaħħar u tadura lil Alla.
  •  se twasslek għas-salvazzjoni tiegħek bħal xejn iżjed.
  •  l-iktar se tiddisponik, bl-aktar mod prattiku possibbli, biex taqdi lill- proxxmu.
  •  l-aktar se torjentak lejn il-kmand ta’ Ġesù li twassal l-Aħbar it-Tajba kullimkien.
  •  se toffrilek l-aqwa opportunità sabiex tibni dinja aħjar.

Kun ċert li l-impenn tiegħek fil-ħajja jkun dak li l-aktar…

  •  jikkorrispondi mal-kwalitajiet tiegħek.
  •  jwieġeb għas-sejħat ta’ Alla u l-ispirazzjoni tal-grazzja.
  • jissodisfa, b’mod raġunat u trankwill, ix-xeqwat profondi tal-qalb u l-moħħ tiegħek.
  • se jgħinek issir tixbaħ lil Ġesù bħala l-mudell tiegħek.

Kun kunfidenti u tiddubitax, għax…

  • l-impenn li l-aktar se jħejjik għal dak li Alla jrid minnek se jġiblek paċi interna u hena.
  •  il-fedeltà fl-impenn tiegħek se ġġiblek soddisfazzjon u sens ta’ siwi, irrispettivament minn tħossok qed tkun suċċess.
  •  il-ħidma li twettaq b’kuxjenza tajba se ġġiblek trankwillità u hena.
  •  meta twettaq dak li għalik hu r-rieda ta’ Alla, se ssib hena li tiżboq il- pjaċir kollu li tista’ toffri d-dinja.

1. Biex issib postok fil-ħajja, tagħmilx l-iżball li…

  •  tistenna xi viżjoni jew rivelazzjoni minn Alla.
  •  tistenna li jiġrilek xi ħaġa mhux tas-soltu jew straodinarja.
  •  tagħżel dak li l-aktar se jagħtik sens ta’ kenn jew sigurtà.
  •  tħossok li qed iġġorr waħdek, il-piż ta’ dan kollu tant li tibda’ tibża li se
  • titlef jew tkisser dak li Alla jrid jagħtik.
  •  torbot lil Alla biex jagħtik xi sinjal, jew dan fi żmien definit.
  •  tistenna lid-direttur / gwida spiritwali jieħu d-deċiżjoni hu għalik.

Iżda afda…

  •  fil-grazzja ta’ Alla u fl-ispirazzjonijiet minn Alla.
  •  fik innifsek u fil-kapaċitajiet li twelidt bihom.
  •  f’dak li tħoss jew tinġibed għalih.
  •  fir-raġuni u d-dixxerniment.
  •  fit-tqanqil (gut feeling) u fid-dawl interjuri li tirċievi u li jakkumula waqt li s-sejħa tiegħek timmatura.

Agħti każ…

  •  tat-talenti u d-doni naturali tiegħek: l-intelliġenza, l-volontà, saħħtek, inklinazzjonijiet.
  •  taċ-ċirkustanzi tal-ħajja tiegħek u ifhimhom.
  •  l-esperjenzi passati u l-istoija tal-ħajja tiegħek.
  •  il-ħajja ta’ talb tiegħek u xi esperjenzi spiritwali sinifikattivi li kellek.
  •  il-virtujiet u d-dgħjufijiet tiegħek.
  •  is-sitwazzjoni tal-familja tiegħek.
  •  il-karattru u t-tifsila psikoloġika tiegħek.
  •  il-ħajja soċjali tiegħek u r-relazzjonijiet umani.

it-taħriġ li revejt, l-istudju li wettaqt u l-esperjenza tiegħek professjonali.

Kun għajnejk u moħħok miftuħ…

  •  għall-ispirazzjonijiet ta’ Alla ISSA.
  •  għal kif tħossok u x’inhu għaddej minn ġo fik hawn u issa.
  •  għal kif kienet il-graph tal-burdati tiegħek fl-aħħar sena jew snin.

X’għadda minn moħħok u minn qalbek, matul iż-żmien li ilek taħseb fuq

vokazzjoni, meta kkunsidrajt issues importanti bħal: żwieġ, ċelibat,

impenn soċjali, ħajja spiritwali. X’kienu l-mottivi li tfaċċaw spiss? Biża’…

xi fjask jew frustrazzjoni… xewqa ta’ kumpens… ħarba… xi xewqat

moħbija mhux mitmuma…

2. Fuq kollox…

  • kun ġeneruż ma’ Alla!
  •  tinsiex li ħdejn dak li qed joffrilek Alla, kollox hu mudlam. Għalhekk kun lest li ċċedilu kollox u kull ma jitlob minnek.
  • ftakar li sejħa hi: Alla qed jitolbok tingħata bħal Ibnu. Għahekk irid ikollok ħakma fuqek innifsek u tkun miftum mill-egoiżmu u l-affarijiet fiergħa tad-dinja.

Fr.Michael Bellizzi