Patrijiet Dumnikani
L-Ordni Dumnikan twaqqaf minn San Duminku ta’ Guzman fi Franza u ġie
approvat ftit wara mill-Papa Onorju III fl-1216. Il-patrijiet Dumnikani mill-ewwel
inxteħtu biex ixandru bi lsien il-poplu l-verità tal-Evanġelju kontra l-ereżiji taż-
żmien; għalhekk mill-bidu taw attenzjoni kbira l-universitajiet u l-iskejjel li kienu
qed jinfirxu fis-sekli 13 u 14. Huma kienu jsaħħu l-predikazzjoni tagħhom bi spirtu
akkademiku u teoloġiku u fuq kollox immarkaw il-kariżma tagħhom bl-espressjoni
li kienet programm ta’ ħajja u ħidma: “contemplata aliis tradere”, jiġifieri li l-
Kelma li huma jxandru, il-kitbiet u l-istudji li huma jfasslu, iridu jkunu frott ta’ ħajja
ta’ talb, anzi ta’ kontemplazzjoni, għaqda mal-Mulej. Huma għarfu li dan setgħu
jwettquh biss bis-saħħa ta’ ħajja komunitarja b’saħħitha, fejn l-Aħwa, ulied San
Duminku, jaqsmu din l-esperjenza flimkien. Hekk huma taw mudelli lill-Knisja u
lill-poplu kollu t’Alla bil-qaddisin u Dutturi kbar bħal San Albertu l-Kbir, San Tumas
d’Aquino u Santa Katerina ta’ Siena flimkien ma’ bosta qaddisin li, ukoll fil-ħajja
ordinarja ta’ kuljum, l-aktar bl-eżempju ta’ ħajjithom, bħal San Martinu de Porres,
għarfu jwasslu l-verità tal-Evanġelju fis-sempliċità u fil-qadi lil nies fqar u fil-bżonn.
Ix-xhieda bil-martirju ta’ San Lorenzo Ruiz, Filippino miċ-Ċina, martri fl-1637 u
qaddisin oħra kompliet issaħħaħ il-ħidma tax-xandir tal-Kelma bil-ħajja u bl-
eżempju.
Hawn Malta, id-Dumnikani ilhom iwettqu din il-ħidma sa minn madwar is
sena 1450 mill-kunvent magħruf Tal-Madonna tal-Għar fir-Rabat (Malta). Fl-
1528, bdew jagħtu s-servizz tagħhom fil-Birgu għan-nies tal-Kottonera; fl-1569
fetħu l-kunvent tal-Madonna tal-Portu Salvu fil-Belt Valletta, u mbagħad dak ta’
Ġesù Nażżarenu f’tas-Sliema (1909) u dak dedikat lill-Madonna tar-Rużarju ta’
Fatima fi G’Mangia (1945). Il-ħidma fil-parroċċi tal-Belt, f’tas-Sliema u fi
G’Mangia, id-Dumnikani jaqdu lill-poplu nisrani b’kull mod adattat illum. Huma
jkomplu ħidmiethom fil-qasam edukattiv ukoll il-Kulleġġ St Albert the Great li
hemm fil-Belt Valletta.
Ħadmu wkoll f’missjonijiet barra minn Malta fosthom fil-Brazil fejn l-isqof Mons
Walter Ebejer OP, fl-1977 ġie maħtur l-ewwel isqof ta Uniao da Vitoria fl-Istat ta’
Paranà. Illum għadu mimli bil-għomor wara aktar minn sittin sena jaħdem
hemmhekk. Il-ħidma missjunarja tad-Dumnikani għadha sejra fl-Albanija għal
dawn l-aħħar 20 sena fid-djoċesi ta Tirana mmexxija mill-Isqof George Frendo OP
fejn diversi Aħwa Dumnikani taw u qed jagħtu kontribut siewi għat-tisħiħ tal-fidi
nisranija.

L-ORDNI KARMELITAN
L-Ordni Karmelitan jaf il-bidu tiegħu mill-eremiti li fil-bidu tas-seklu tlettax
kienu jgħixu f’Ġerusalemm fuq ir-Regola mogħtija lilhom minn San Albertu
Avogadro; dan kien Patrijarka hemmhekk. Fl-1247, ir-Regola kienet
approvata mill-Papa Innoċenz IV. Matul is-snin, ir-regola għaddiet minn
bosta tibdil. Il-Karmelitani jistqarru “lealta’ lejn Ġesù Kristu” u lilu jaqdu.
Fuq kollox, huma jkabbru “d-dimensjoni kontemplattiva ta’ ħajjithom fi
djalogu miftuħ m’Alla, jgħixu bħala aħwa, jimmeditaw il-Kelma t’Alla,
jagħmlu xogħol manwali u jgħixu l-faqar billi jaqsmu kollox u jħobbu l-Knisja
u l-poplu kollu”. Kollox miġbur fi tliet realtajiet li jgħaqqdu flimkien: Il-ħajja
ta’ talb, il-komunità u l-qadi taħt il-ħarsien u fuq l-eżempji ta’ Marija u l-
profeta Elija, patruni tal-Ordni, li kienu jgħożżu f’qalbhom il-Kelma t’Alla, u
jaqdu lil ta’ madwarhom fi ħtiġijiethom.
Huma waslu Malta fl-1418 u bdew jgħixu madwar il-kappella tal-Lunzjata,
barra r-Rabat, Malta, li llum hija sviluppata f’Dar tal-Irtiri. Matul is-snin firxu
ħidmiethom fil-Belt Valletta (1570), fil-Birgu bejn is-snin 1582-1652, l-
Imdina sa mill-1695, Tas-Sliema fil-Balluta fl-1892, Santa Venera fiż-żewġt
idjar tagħhom fl-1913 u fl-1980, il-Fgura sa mill-1945 u sentejn wara fil-
Fleur-de-Lys. Dawn l-aħħar tlieta huma parroċċi fejn l-Aħwa Karmelitani
jservu b’kull mod lill-poplu tal-madwar u aktar. Fl-1970 waqqfu l-kulleġġ li
jġib l-isem ta’ Sant’Elija.
Fl-1949 ħadmu fil-Perù bħala missjunarji u fl-1958 fil-Bolivja. Mons Redent
Gauci, fl-1962 sar Prelat ta’ Chuquibamba, fil-Peru u ħa sehem fil-Konċilju
Vatikan II. Hu ġie ordnat isqof fl-1967 u kellu jirtira 10 snin wara minħabba
saħħtu; fil-fatt miet sena wara fl-1978. L-Aħwa Karmelitani jwettqu wkoll
ħidmiet oħra fl-Italja u fl-Istati Uniti.

IL-KARMELITANI SKALZI JEW IT-TEREŻJANI
Dawn l-Aħwa jagħarfu lil Santa Tereża ta’ Avila (1515-1582) bħala l-Omm u l-Fundatriċi
tagħhom. Tajjeb wieħed jistqarr mill-ewwel li Santa Tereża “xtaqet tibqa’ tgħożż il-
kontinwita’ tal-Karmelu; imma l-importanti mhux daqstant l-imgħoddi fih innifsu imma l-
mixja ’l quddiem għax il-qaddisa fundatriċi “riedet tagħti bidu għal stil ġdid ta’ ħajja
reliġjuża” u dan dejjem b’fedeltà għall-Knisja. Dan kollu huwa mdaħħal fil-
Kostituzzjonijiet tal-Ordni li jagħraf lilu nnifsu “bħala forma mġedda ta’ Ordni antik li
jiġbor fih il-fedeltà għall-ispirtu u t-tradizzjonijiet tal-Karmelu u l-ħeġġa kontinwa għat-
tiġdid”. Il-qaddisa kienet ħerqana ħafna li tiġġedded hija u s-sorijiet madwarha fil-

monasteru ta’ S. Ġużepp f’Avila fl-1562; imma mill-ewwel, bil-għajnuna ta’ San Ġwann
tas-Salib, fl-1568 ingħata bidu għat-twaqqif tal-Aħwa Tereżjani.
Il-ħajja ta’ talb hija l-iskop ewlieni fis-sens li “nsiru ħbieb t’Alla, ta’ spiss inkunu miegħu
għax nafu li huwa jħobbna”. Minn din il-ħbiberija tinfirex il-kariżma Tereżjan permezz ta’
kull ħidma, fil-parroċċi u fil-missjonijiet, inklużi l-kitba ta’ spiritwalità u djar tal-irtiri.
Hawn Malta, it-Tereżjani bdew ħidmiethom fl-1626 mill-kunvent ta’ Bormla. Imbagħad
fl-1896 f’dak ta’ Birkirkara fejn bejn l-1965 u l-1982 bnew is-santwarju f’ġieħ Santa
Tereża tal-Bambin Ġesù. Fl-1933 taw sehemhom mill-knisja tal-Madonna tas-Silġ,
f’Marsaxlokk, waqt li fl-1948 fetħu l-kunvent ta’ Ta’ Xbiex li wara sar parroċċa fl-1969.
Huma taw sehemhom ukoll f-ħidma missjunarja barra minn Malta l-aktar fil-Kuwait fejn
taħt it-tmexxija tal-Isqof Mons Francis Adeodato Micallef OCD (1982-2005) li kienu
żminijiet diffiċli ħafna tal-gwerra, il-missjunarji saħħew lill-insara li kien hemm. Ta’ min
jiftakar li dan huwa pajjiż fejn ir-reliġjon hija dik tal-Islam imma l-insara jgawdu l-fiduċja
tal-awtoritajiet u ghandhom il-libertà jipprattikaw il-fidi tagħhom almenu fil-knejjes li
huma limitati fin-numru. Ħidmiet oħra mwettqin mit-Tereżjani huma fil-Kanada u fl-Italja.

L-AĦWA FRANĠISKANI MINURI
L-Aħwa Franġiskani Minuri li jridu jimxu fuq l-eżempji ta’ Kristu Fqir u Msallab u l-
Evanġelju tiegħu; huma jipproponu li jgħixu b’mod radikali fil-Knisja skont il-forma
li l-istess San Franġisk, il-Missier u l-Fundatur tal-Familja Franġiskana, għex u
ppropona lil uliedu u li Papa Onorju III kkonfermalu fl-1223. Għall-istess raġuni
huma jipproponu li jgħixu fi fraternità f’ħajja ta’ faqar skont l-Evanġelju, fl-ispirtu
ta’ kontemplazzjoni għolja u talb, u jaqdu bil-ferħ skont il-minorità franġiskana lill-
bnedmin kollha, l-aktar il-fqar, li jagħarfuhom b’ħuthom. Hekk huma jkunu xhieda
u ħabbara ta’ penitenza, ta’ rikonċiljazzjoni, ta’ ġustizzja u ta’ paċi. Dan iwettquh
b’fedelta’ għall-Knisja u bi mħabba msieħba bil-fatti. Bħal San Franġisk huma
wkoll jingħataw għall-ħarsien tal-ħolqien.
Hekk matul l-istorja kollha f’kull żmien huma taw xhieda ta’ dan f’kull xorta ta’
apostolat ta’ predikazzjoni u ta’ għajnuna lil kull min ikun fil-ħtieġa. Fl-Art
Imqaddsa ħadu u għadhom jieħdu ħsieb dawk il-postijiet għeżież u n-nies li
jgħammru hemm.
Hawn Malta huma waslu kmieni sa mis-sena 1492 fir-Rabat; imbagħad fl-1575 fil-
kunvent tagħhom fil-Belt Valletta; fl-1882 f’Tas-Sliema u seba’ snin wara
f’Għajnsielem, Għawdex. Fl-1947 bdew ħidmiethom fil-Ħamrun, fl-1958 f’Baħar
iċ-Ċagħaq bid-Dar tal-Irtiri u Dar oħra fl-1995.
Barra l-ħidma fi gżirijietna f’kull appostolat, u fil-parroċċa fdata lilhom f’Tas-Sliema
(Sacro Cuor), huma jagħtu sehem fl-appostolat tal-irtiri wkoll. Huma ħadmu

ħafna sa mill-1948 mal-emigranti Maltin li marru l-Kanada, ġewwa Toronto u mal-
Maltin f’Londra, l-aktar dawk morda li kienu jmorru għal xi kura u wkoll mal-
emigranti fl-Awstralja. Taw sehem qawwi fil-Honduras fid-djoċesi ta’ Tegucigalpa
meta l-missjunarju P. Robert Camilleri ġie maħtur Isqof Awżiljarju u wara Isqof
tad-djoċesi ta’ Comayagua. Fl-2010 P. Joseph Bonello ġie maħtur Isqof Koadjutur
fid-djoċesi ta’ Juticalpa. Fil-Libja wkoll taw sehem kbir f’ħidma fuq kollox mal-
insara minn diversi pajjiżi bl-Isqof Silvestru Magro bħala Vigarju Appostoliku ta’
Benghasi u mill-2017 b’Mons George Bonello bħala Vigarju Appostoliku fi Tripli.
Ilkoll ħadmu qatigħ hemmhekk flimkien ma’ patrijiet, qassisin u sorijiet Maltin
oħrajn.

L-AĦWA FRANĠISKANI KONVENTWALI
L-Ordni tal-Franġiskani Konventwali, bħala veri wlied San Franġisk t’Assisi,
jwegħedu li jgħixu l-Evanġelju u jagħtu xhieda għalih f’kull ma jwettqu. Dan isir l-
ewwelnett b’ħajja fraterna f’minorità, f’ubbidjenza, u fil-faqar fuq l-eżempji
qaddisa tal-Fundatur u l-qaddisin tal-Ordni. U fuq kollox taħt il-gwida ta’ Marija
Immakulata li fl-Ordni hija magħrufa bħala “l-ħajta tad-deheb” li tgħaqqad l-istorja
kollha tal-Ordni. Huma jgħixu l-kwalità “konventwali” tagħhom fis-sehem attiv u
ko-responsabbli ta’ kull wieħed fil-ħajja fraterna speċjalment fil-ħajja tat-talb
flimkien, fil-Kapitlu tal-kunvent u fil-ħajja ta’ kuljum. Permezz ta’ ħajja ta’
kontemplazzjoni u azzjoni, ikomplu ħidma fil-qasam tal-evanġeliżazzjoni, tat-
teoloġija, tal-kultura u tal-qadi kollu lill-bnedmin, fil-waqt li jibqgħu dejjem attenti
għat-tibdil storiku, soċjali u kulturali billi jwettqu forom ġodda ta’ preżenza u ta’
xhieda.
Huma bdew ħidmiethom f’Malta madwar is-sena 1350 bl-ewwel knisja u
kunvent tagħhom ħdejn l-isptar San Franġisk fir-Rabat (Malta) li aktar tard issejjaħ
l-Isptar ta’ Santu Spirtu. Fl-1489 firxu ħidmiethom f’Għawdex mill-kunvent tar-
Rabat u ftit wara li nbniet il-Belt Valletta mill-kunvent li bnew fl-1598. Fl-1904
bdew ħidmiethom f’San Pawl il-Baħar fejn is-sena ta’ wara l-knisja ddedikata lill-
Madonna tad-Duluri saret parroċċa. Il-ħidma pastorali hemm ġiet żviluppata sew
bil-bini tal-kunventi f’Burmarrad (1961) u l-Qawra (1992). Fl-1949 bnew il-
kunvent f’Birkirkara fejn ukoll għandhom Dar tal-Irtiri u mill-1998 imexxu ċ-
Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni. L-Aħwa f’dan iċ-Ċentru huma ispirati minn
San Franġisk li ried ixandar lill-ħlejjaq kollha l-imħabba t’Alla imma fuq kollox minn
San Massimiljanu Kolbe li kien Franġiskan Konventwal li ried juża l-meżżi kollha
anke tal-komunikazzjoni soċjali għal dan il-għan. Permezz ta’ dan iċ-Ċentru, li

jiġbor fih id-Dar Editriċi Reliġjon u Ħajja li kienet twaqqfet fl-1967, huma jgħinu fil-
ħtiġijiet ta’ animazzjoni reliġjuża permezz tal-meżżi tal-komunikazzjoni soċjali.
L-Aħwa Franġiskani Konventwali taw sehem fil-Missjonijiet b’mod speċjali
f’dawn l-aħħar 40 sena fit-twaqqif tal-Provinċja Indjana li tinsab imwaqqfa sa mill-
2007 fi fraternitajiet fl-istati ta’ Kerala, Andhrah Pradesh, Telangana u Tamil Nadu.
Fl-2014 bdew ħidma missjunarja oħra f’Barasat, Kolkata. Barra dan, iwettqu
ħidmiet oħra fl-Awstralja, fl-Ingilterra u fl-Italja.

L-Aħwa Franġiskani Kapuċċini
Fis-sekli 15 u 16, kbira kienet ix-xewqa u l-ħerqa tal-Aħwa Franġiskani biex
jgħixu l-Ideal ta’ San Franġisk b’aktar radikalità u impenn, kemm f’dak li hu faqar
evanġeliku kif ukoll il-ħajja ta’ talb u kontemplazzjoni mgħaġunin mal-apostolat,
mal-predikazzjoni u kull ħidma oħra b’mod speċjali mal-morda u l-fqar. Fl-1525,
il-Papa Klement VII, bil-Bolla Papali Religionis Zelus, ta l-fakulta’ lil xi Aħwa li jgħixu
ħajja li xtaqu kif kien jgħixha San Franġisk b’osservanza aktar stretta tal-istess
Regola tiegħu. Dawn bdew jissejħu Franġiskani Kapuċċini u meta żdiedu ħafna l-
Papa tahom li setgħu imorru kullimkien ixandru dan l-istil ta’ ħajja tal-evanġelju
skont San Franġisk fost il-poplu fil-waqt li ingħataw biex jgħinu lil kull minn kien
f’xi ħtieġa partikulari bħall-morda l-aktar dak li jittieħed, lill-ħabsin, l-abbandunati
u aktar.
Huma waslu Malta bil-għajnuna tal-Gran Mastru l-Kardinal Verdala li fl-
1588-89 bnielhom l-ewwel kunvent fil-Floriana. Fl-1736-37 bnew il-kunventi tal-
Kalkara u dak t’Għawdex. Imbagħad firxu ħidmiethom mill-kunventi li nbnew
wara: fil-Marsa (It-Trinità Qaddisa fl-1913), San Ġwann (1938-40), Għajn Dwieli
(1953), dak tax-Xemxija (1961) u Marija Regina (fil-Marsa) 1967). Huma
magħrufin għall-ħidma fost il-morda, anke dak li jittieħed f’Lazzarett u fl-isptarijiet
l-oħra u mal-ħabsin b’mod speċjali dawk li kienu jkunu kkundannati għall-mewt.
Fis-sekli 18 u 19, huma wettqu ħidma missjunarja f’diversi pajjiżi fil-
Mediterran fejn f’Tunes għenu ħafna fit-twaqqif tal-Knisja bl-Isqof Anton M.
Buhagiar li wara, bejn 1885-88 sar Amministratur Appostoliku f’Malta u wara
Delegat Appostoliku f’San Domingo, Haiti u l-Venezuela fejn miet wara sitt xhur li
wasal hemm fl-1891. Mill-1921, bosta Aħwa Franġiskani Kapuċċini marru l-Indja
fejn waqqfu d-Djoċesi ta’ Jhansi li minnha ħarġu djoċesijiet oħra. Barra dan huma
taw sehemhom fit-twaqqif tal-Provinċja Indjana tal-Ordni l-aktar fit-Tramuntana
tal-pajjiż. L-Isqof Franġisku Saverju Fenech, mill-Floriana, kien l-ewwel Isqof ta’

Jhansi bejn is-snin 1954-67. Imbagħad, il-Franġiskani Kapuċċini Maltin ħadmu
f’Bhopal, fl-Indja wkoll. Mill-1974 huma taw sehem kbir f’Garissa, fil-Kenya bl-
Isqof Pawlu Darmanin (1984-2015) u issa Mons. Joe Alessandro (2015- ).
Magħhom saru wkoll l-Isqfijiet ġewwa Malindi li bħala djoċesi ġdida ġiet iffurmata
parti kbira minn Garissa bl-isqfijiet Frans Baldacchino (2000-09) u Mons. Emanuel
Barbara (2013-18).

Patri Silvestru Bonavia OFM Cap