Sinjali tal-Vokazzjoni

Għandi xewqa li nsir Qassis

L-idea li nsir qassis spiss tiġi f’moħħi

Għandi ammirazzjoni lejn ċerti saċerdoti

Ikolli sensazzjoni li hemm xi ħaġa tiġbidni lejn is-saċerdozju

L-affarijiet li għanhom x’jaqsmu mal-ħidma tas-saċerdot jiġbduni

Għandi xewqa li nitlob iżjed

Għandi xewqa li nkun aktar qrib ta’ Gesù

Għandi xewqa li ningħata kompletament lil Ġesù

Persuni oħra qieshom jikkonfermaw dak li nħoss

Għandi direttur spiritwali u jappoġġani fil-ġibda li nħoss lejn is-saċerdozju

Inħossni ma jistħoqlix u m’inix tajjeb biex insir qassis

 

Rekwiżiti:

Impenn sħiħ fil-Fidi Kattolika – imħabba għall-Kristu, għas-sagramenti, għall-poplu t’Alla (anke jekk konxji tad-dgħufija tagħna)

Imħabba u rispett lejn il-Knisja Kattolika u t-tagħlim tagħha, u xewqa li taqsam dik il-fidi mal-oħrajn (anke jekk diffiċli)

Impenn biex tgħix il-kmandamenti t’Alla u l-għajxien ta’ ħajja morali (anke jekk tbati biex tasal)

Saħħa fiżika u mentali

Abbiltà akkademika normali

Maturità personali u emozzjonali (fuq dawn naħdmu ħafna fil-Fażi Residenzjali tal-Propedewtika).

 

X’nagħmel issa?

Ibda agħti lilek innifsek lil Alla

Saħħaħ il-ħajja tat-talb

Ibda taħriġ fl-imħabba vera

Qawwi l-imħabba tiegħek lejn il-Quddiesa

Kun onest miegħek innifsek u ma’ min qed imexxik

Tibżax u tiddejjaqx mis-sagrifiċċju

Għix ħajja ta’ servizz

Qari spiritwali

Afda l-animaturi