“Jien għandi 19 sena. Qiegħed l-Università fejn qiegħed fil-kors tal-Arti nistudja l-Franċiż. Il-ħajja li qegħdin ngħixu fiha llum hija ġirja waħda kontra l-ħin u faċli li ma nintebħux kemm Alla qiegħed magħna. Nemmen li hu importanti li kull wieħed minna jieqaf, jaħseb u jirrifletti kif Alla qiegħed jiggwidana u kif qiegħed jaħdem fina kuljum. Għalhekk, bil-ħidma kontinwa ta’ Fr. Charlon Muscat, inkunu qegħdin niltaqgħu darba fix-xahar f’ parroċċi differenti.

Nikodemu jiltaqgħa ma’ Ġesu

Il-laqgħat huma msejħin Nicodemus Encounter, għax bħal ma Nikodemu għoġbu jiltaqa’ u jistaqsi lil Ġesù mistoqsijiet li kienu jħawduh, hekk ukoll aħna insiru nafuH aħjar billi niltaqgħu ma’ qassis differenti minn kull parroċċa biex jaqsam magħna l-esperjenzi tiegħu. Esperjenzi ta’ kif Alla għoġbu jsejjaħlu biex jaqdiħ, bl-aħjar mod, bil-missjoni li jkun tah. Nitgħallmu kif Alla verament jinsab magħna u faċli ma nintebħux bil-vuċi tiegħu qalb tant ilħna li nisimgħu ta’ kuljum. Permezz ta’ dawn il-laqgħat nitgħallmu kif nistgħu nkunu ta’ servizz għal ħaddieħor biex nagħtu glorja lil Alla. Kull wieħed minna huwa msejjaħ biex jagħraf eżatt kif Alla qiegħed jibdilna f’persuna aħjar… u kif irid Hu ! Ikollna ċans ukoll biex insiru nafu aħjar lil xulxin għax flimkien nistgħu niġbdu ħabel wieħed! Dawn huma laqgħat fejn tisma’ u tirċievi ħafna minnhom. Il-Mulej qiegħed iħabbtilna fil-bieb tal-qalb tagħna…lesti li niftħulu ? F’idejk!”

Jekk inti interessat ibgħat email fuq info@vokazzjoni.com