Blog minn Miguel Cauchi

8 Items

Miguel Cauchi huwa student sixth form li jattendi għall-laqgħat taċ-Ċentru u tħajjar li jikteb artikli interessanti għalikhom il-qarrejja tas-sit tagħna. Tiddejqux tikkummentaw fil-blog, wara kollox għalhekk qed il-blog!

Festi biss!

by Miguel Cauchi
festi biss!

Wieħed irid jamentti li l-festi lil patrun jew patruna tar-raħal saru parti integrali mill-ħajja kulturali u ħadu post prominenti fil-kalendarju tagħna l-Maltin. Hemm min jieħu gost jaqbeż fix-xemx tiżreċ li taf toffri hi f’dawn iż-żminijiet u oħrajn jippreferu joqgħodu b’imrewħa jew b’palju jew quddiem xi fan fil-Knisja jammiraw l-armar li s-sagristan flimkien mat-tim tiegħu jkun […]

Fortieth

by Miguel Cauchi
8

Kemm nisimgħmu li r-Randan għandu jkun opportunita’ għalina sabiex nippreparaw ruħna għall-qawmien ta’ Kristu mill-imwiet. 40 jum li fihom nikkontemplaw minn jum għal ieħor kif Ġesu’, Iben Alla, ġie jifdina b’demmu; niftakru li hemm xi ħadd li l-imħabba tiegħu għalina tasal sal-punt li jmut għalina. Din hi tassew xi ħaġa kbira u mħabba tassew. Aspett […]

Jeħtieġ li nsiru Nsara qalbiena

by Miguel Cauchi

Waħda mill-kwotazzjonijiet tal-Papa Franġisku hi: “Jeħtieg li nsiru Nsara qalbiena”. Żgur li l-Papa ma ridtx ifhiem bit-terminu ‘qalbiena’ li jeħtieg, aħna l-Insara, noħorgu niġġieldu litteralment u niftaħru kemm aħna qalbenien. Għalkemm din l-istqarrija noħduha b’mod ovvju, dari l-affarijiet ma kienux hekk. Lura kważi elf sena, fl-1096, id-definizzjoni ta’ ‘Insara qalbiena’ kienet tfisser li l-Insara, b’mod […]

Ġesu’ – twelidu

by Miguel Cauchi

L-Iben ta’ Alla sar bniedem u għammar fostna. Alla bagħat lil [Mt:3:17]”[Ibnu]  l-għażiż [li] fih [sab] l-għaxqa [tiegħu].” Tassew li l-misteru tal-inkarnazzjoni hu xhieda ta’ Għimmanu-El, jiġifieri Alla qiegħed magħna. Alla bagħat lill-Ibnu sabiex jifdina u ma nġarbux id-dabien ta’ dejjem iżda mmorru ngawduh għal dejjem. In-nies kienu jsejħu lil Ġesu’: Iben Alla, Kristu u […]

Inqum u mmur għand il-Missier

by Miguel Cauchi
miguel-cauchi-4

“Irridu nħallu l-Knisja post dejjem miftuħ għal ħniena u t-tama, fejn kulħadd huwa milqugħ, maħbub u maħfur” – Papa Franġisku. Nhar it-8 ta’  Diċembru 2015, fil-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Papa Franġisku fetaħ uffiċjalment il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena. Dan il-Ġublew intemm nhar il-festa ta’ Kristu Re, fl-20 ta’ Novembru 2016. Fl-għeluq tiegħu l-Papa qal li għalkemm simbolikament il-bieb […]

Il-Papa u t-terrimot tal-Italja – Ottubru 2016

by Miguel Cauchi
miguel_cauchi_3

Il-Papa Franġisku, nhar it-Tlieta 4 ta’ Ottubru 2016, żar Amatrice fejn seħħ it-terrimot diżastrus ta’ nhar l-24 ta’ Ottubru 2016. BBC News – Italy earthquake: Pope Francis makes surprise visit to Amatrice Reuters – Pope, in surprise visit, comforts survivors of Italian earthquake Wall Street Journal – Pope Visits Italy’s Amatrice After Devastating Earthquake NBC […]

Santa Tereża tal-bambin Ġesu’

by Miguel Cauchi
13381422fe0c2ad2d42a06d5738d00f4

Marie Françoise-Thérèse Martin, jew kif inhi magħrufa bħala ‘Il-Fjura Żgħira ta’ Ġesù’ jew aħjar bħala Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, twieldet nhar it-2 ta’ Jannar 1873 ġewwa Alencon, Franza. Papa Ġwanni Pawlu II, nhar il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Awissu 1997, mitt sena wara mewta, qal hekk: “Santa Tereża; mara żagħżugħa qaddisa hekk attwali għal żmienna, hija ta’ […]

San Lawrenz Ruiz

by Miguel Cauchi
Blog St Lorenzo Ruiz

Lawrenz Ruiz twieled circa is-sena 1600 ġewwa l-Binondo, Manila ġewwa l-Filippini. Missieru, Ċiniż, u ommu, Filippina, t-tnejn Kattoliċi, għarfu li jrabbu lil Lawrenz f’familja f’atmosfera Kattolika. Bħala tifel kien iservi bħala abbati. Fl-eta’ tal-adoloxxenza tiegħu ngħaqad mal-Konfraternita’ Dumnikana tar-Rużarju Imqaddes. Jidher li ltaqa’ ma’ persuna bl-isem ta’ Rosaria. It-tnejn flimkien ħadu d-deċiżjoni li jiżżewġu. Il-ħajja […]