Posts by Moses Galea

6 Items

Il-Fidi

by Moses Galea

L-Insara mhux biss jemmnu f’Ġesù u Alla, imma jemmnu tagħlim definittiv dwarhom. Li l-bniedem ikollu l-fidi tfisser li jafda f’Alla. Il-fidi toħodna lura għal Abraham. Alla għamel wegħda lil Abraham, u dan, għax kellu l-fidi f’Alla, emmnu, u baqa’ jittama sakemm il-wegħda li għamillu Alla seħħet. Il-fidi baqgħet xi ħaġa ħajja fost il-Lhud, infatti fi […]

Smigħ, Dixxerniment, Għixien tas-sejħa tal-Mulej

by Moses Galea

Messaġġ tal-Qdusija tiegħu Papa Franġisku għall-55 Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet Smigħ, Dixxerniment, Għixien tas-sejħa tal-Mulej   Għeżież ħuti, F’Ottubru li ġej ser issir il-XV l-Assembea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet, li ser tkun iddedikata għaż-żgħażagħ, speċjalment għar-relazzjoni bejn żgħażagħ, fidi u vokazzjoni. F’dik l-okkażjoni ser ikollna ċ-ċans nidħlu aktar fil-fond dwar kif fiċ-ċentru ta’ ħajjitna […]

Laqgħa Pre-Sinodali tal-Qdusija Tiegħu il-Papa Franġisku maż-Żgħażagħ

by Moses Galea

Tista tara id-diskors fil-forma ta’ filmat billi tikklikkja hawn. KLIEM IL-QDUSIJA TIEGĦU QABEL IT-TALBA Issa, kulħadd skont il-fidi li jistqarr, bid-dubji personali, b’dak li jħoss f’qalbu, jaħseb f’Alla, jaħseb fil-bżonn ta’ Alla, jaħseb fid-dubju li għandu (jekk hemmx Alla….) jaħseb dwar il-kuxjenza tiegħu u jitlob il-barka u t-tjubija fuqna lkoll.  Ammen. DISKORS TAL-QDUSIJA TIEGĦU L-PAPA […]

Għalfejn dik il-Purċissjoni?

by Moses Galea

Il-Ġimgħa dieħla jibdew isiru l-purċissjonijiet tal-Ġimgha Mqaddsa. F’dawn il-purċissjonijiet naraw ħafna personaġġi mil-Bibbja. Kemm mit-Testiment il-Qadim kif ukoll mit-Testiment il-Ġdid. Kulħadd jieħu gost jieħu sehem fxi purċissjoni, kemm għax ħa nilbsu ta’ suldati, jew għax ħa nilbsu ta’ Appostlu, eċċ… Dawn il-purċissjonijiet isiru biex niftakru x’ġara fil-pjan tas-salvazzjoni li ħoloq Alla. Kien kemm personaġġi li […]

Grazzi

by Moses Galea

Int taprezza x’jagħmel Alla miegħek? Meta nitolbu, nirringrazjawh lil Mulej? Tirringrazjah talli tak ġurnata ġdida? Talli qed tieħu nifs? Talli qed timxi? Għal-Familja u dawk li jieħdu ħsiebek? Għal sħabek u ta’ madwarek? Kemm tirringrazja lil Mulej li tgħix ġo pajjiż ta’ paċi u bla gwerrer? Kemm tirringrazzjah talli għandek edukazzjoni u mezz biex tieħu […]

Messaġġ tal-Qdusija Tiegħu Franġisku għat-XXXIII Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2018

by Moses Galea

Tista tara id-diskors fil-forma ta’ filmat billi tikklikkja hawn.   Għeżież żgħażagħ,   Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ tal-2018 jirrappreżenta pass ’il quddiem fil-mixja ta’ tħejjija għal dak internazzjonali, li sa jinżamm il-Panamá f’Jannar 2019. Din it-tappa ġdida tal-pellegrinaġġ tagħna se taħbat fis-sena li fiha se tiġi msejħa l-Assemblea Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar it-tema: Iż-żgħażagħ, il-fidi u […]