Ġen 2, 7-9; 3, 1-7
Salm 50 (51), 3-4.5-6a.12-13. 14 u 17
Rum 5, 12-19
Mt 4, 4b
Mt 4,1-11

Biex nitqadsu għandna nimxu fuq dak li qalilna  Sidna Ġesù Kristu,“Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja” (Mk 8, 34). F’dan iż-żmien tar-Randan, zmien tant għażiż għal-Knisja, l-għarusa ta’ Kristu, aħna, bħala Nsara msejħin biex f’dan iż-żmien b’mod speċjali nimxu ma Kristu li qiegħed jġorr is-Salib għall-Kalvarju. Matul dan iż-żmien tar-Randan aħna neħtieġu li nersqu iktar lejn dak Alla li ma ġiex  biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu [Ġw:3:17]. Fi kliem il-Papa Franġisku r-Randan huwa t-triq li toħodna mill-iskjavitu għal-ħelsien, mit-tbatija għal ferħ u mill-mewt għal-ħajja. Huwa t-triq li twassal għal-Glorja u r-rebħ tal-ħniena fuq il-ħażen.

F’dan ir-Randan għandna naħdmu biex nibnu esperjenza personali ma Ġesù bl-għajnuna tal-Evanġelu li juruna li Alla verament inkarna ruħu, iġifieri sar bniedem bħalna f’kollox minbarra d-dnub. Jurina li  Alla libes il-libsa dagħjfa tagħna l-bnedmin u għalhekk nistgħu nxebħu lilna innifsa miegħu. F’din l-Ewwel Ġimgħa tar-Randan il-Knisja tpoġġielna quddiema l-episodju ta’ meta Kristu ġie ittentat mix-xitan fid-deżert (Ara Mt 4,1-11). Aħna ta’ kuljum nesperjenzaw tentazzjonijiet diversi u b’hekk nistgħu nirreletaw l-esperjenza tagħna ma dik ta’ Ġesù li ġie ttentat. Minn dan il-qari nistgħu naraw il-kobor u l-qawwa ta’ Ġesù mill-mod ta’ kif tratta t-tentazzjoni. Dan napprezzawh iktar meta nagħmlu paragun ma’ kif Eva trattat it-tentazzjoni li kellha quddiemha. Fit-tielet (3) u r-rabà (4) kapitlu tal-Ġenesi, Eva tidhol fi djalogu mas-serp, mat-tentazzjoni. Nistgħu ninnutaw li din hija l-esperjenza konkreta ta’ kull bniedem midneb illi kif jibda jħoss it tentazzjoni jidhol fi djalogu magħha, jirraġuna magħha, donnu jikkundanna lilu nnifwsu kwazi kwazi biex jaqa għalija. Għal-kuntrarju ta dan Ġesù fid-dezert  jieqaflu mil-ewwel lix-xitan u allura ma jidholx fi djalogu mieghu u  jirribatti b’frazi mil-Iskrittura. Hawn naraw lil Ġesú qawwi kontra t-tentazzjoni!

Hekk aħna ukoll f’mumenti ta’ tentazzjoni bħal-dawn li se niffaċċawhom kemm il-darba tul dan iż-żmien tar-Randan għandna nħallu l-Ispirtu ta’ Alla li ħareġ lil Kristu fid-deżert u li mexxih waqt dan il-konfront mal-ħażen jmexxi lielna. Għandna nieħdu l-eżempju ta’ kif ngħixu Randan Qaddis u ħajja Qaddisa minn Ġesù Kristu stess, l-istess Ġesù li  San Pawl fl-Ittra tiegħu lir-Rumani (Rum 5, 12-19)  jgħidilna li bħal ma Adam bid-diżubbidjenza tiegħu daħħal id-dnub u l-mewt fid-dinja; Kristu bl-ubbidjenza tiegħu ġieb il-maħfra u l-ħajja. Ejjew induqu  din il-maħfra u l-ħniena ta’ Ġesù billi nitbgħedu mill-ħażin u noqorbu dejjem lejn ir-rieda tiegħu għalina.

Mill-ġabra tal-Qari ta’ din il-ġimgħa nitgħalmu ukoll li allavolja Adam hu missierna, Ġesù Kristu hu il-Feddej tagħna.  Ejjew nagħmlu il-passi ta’ Kristu il-passi tagħna biex nimxu l-istess triq li mexa hu dik tal-perfezzjoni. Perfezzjoni li neħtiġuha biex nitqaddsu. F’dan ir-Randan jeħtieġ li nżommu l-bogħod minn dak kollhu li jistgħa jfixkilna mill-nersqu eqreb lejn Kristu, nigħdu aħna, għandna nevitaw li nidħlu fl-okkazjoni tad-dnub speċjalment tas-Seba’ Rjus tad-Dnubiet il-Mejta u bħala ma’ Kristu waqaf għat-tentazzjoni hekk aħna għandna nagħmlu dan ta’ kuljum bil-għajnuna  tiegħU. Għandna nirrikorru lejH għaliex hu it-Triq il-Verità u l-Ħajja (Ġwanni14,6) u mingħajru m’aħna xejn. Hu importanti għalina li nagħrfu aktar minn hu Kristu u nagħmlu ħilitna biex ta’ kuljum naqraw silta mit-Testment il-Ġdid. San Ġilormu jigħdilna li kull minn ma jafx l-iskrittura ma jafx lil Kristu. Fl-istess waqt bħal ma jgħidilna is-Salmista f’Salm 51 ejjew nżommu f’moħna li aħna kollha midinbin u ma nistgħux nitqadsu waħidna għaliex donnu id-dnub huwa wieħed mil-elementi li kien magħġun fin-natura tagħna u għalhekk neħtieġu lil Kristu l-Feddej tagħna. Mqanqlin minn dan is-Salm aħna imħeġġa induru lejn Alla, Alla kbir li fil-ħniena infinita tiegħu jkollu ħniena minna il-bnedmin.  Ejjew f’dan iż-żmien tar-Randan nersqu ta’ sikwiet lejn is-Sagrament tal-Qrar fejn nirrikonċiljaw ruħna ma’ Alla u mal-Knisja tiegħu. Iżda mdawlin minn dak li qrajna fis-Salm f’dan l-Ewwel Ħadd  tar-Randan m’għandniex nieqfu hawn iżda għandna nużaw dan iż-żmien Qaddis tar-Randan biex mhux biss naqilgħu l-maħfra iżda nitolbu lil Alla li jagħmel minna bniedmin ġodda imżejna bil-qawwa tiegħU għaliex fejn kotor id-dnub kotrot fuq li kotrot il-Grazzja (Rum 5, 20) .